F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Kenneth Caruana.

Mal-mistieden tkellimna dwar it-tliet rumanzi thriller tiegħu, l-aktar dwar l-aħħar wieħed Tlettax. Staqsejieh dwar diversi aspetti mir-rumanz ta’ dal-ġeneru, il-qarrejja tal-ġeneru f’Malta, il-kuntest fir-rumanz Tlettax, x’kotba jaqra u x-xena tat-thriller internazzjonalment, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Kenneth Caruana jaħdem librar l-Università.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article