Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Mark Calleja

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Calleja.

Mal-mistieden tkellimna dwar id-deċiżjoni tal-kittieb, koxja jew le, li jikten għaż-żgħażagħ, ir-rappreżentazzjoni tal-ħajja żagħżugħa reali fil-qafas tan-narrattiva tiegħu, xogħok l-awtur u s-sehem tiegħu biex jinfurmalu dak li jikteb u kif jiktbu, it-tikketta tal-letteratura għaż-żgħażagħ u l-qarrej implikat tax-xogħlijiet tiegħu, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Mark Calleja huwa l-koordinatur tas-servizzi ta‘ sapport psikoloġiku fi ħdan il-Karl Vella Foundation u l-awtur ta’ tliett rumanzi għall-qarrejja żgħażagħ. Fl-2018 rebaħ il-Konkors Letterarju Kitba għaż-Żgħażagħ tal-KNK bil-manuskritt Karma Red, ippubblikat ftit xhur wara minn BDL. L-aħħar ktieb tiegħu dwar l-isfidi personali u psikoloġiċi tal-protagonist żagħżugħ jismu Gabriel: L-aħħar nota (BDL, 2019).

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.