Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Mark Camilleri

F’dan l-epiosodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mark Camilleri.

Mal-mistieden tkellimna dwar ir-rumanz polizjesk u l-karatteristiċi tiegħu, id-differenzi fini bejn ir-rumanz polizjesk u ġeneri oħra qrib bħar-rumanz thriller, kriminali, ġjallesk jew tal-misteru, il-formula tal-ġeneru u r-riskju li s-suspans jindera u jintilef, it-trasferiment tal-Ispettur Gallo mir-rumanz għal blogg u s-sinjfikanza tiegħu fuq il-karattru fittizju. Komplejna fuq il-kitba tal-istorja tal-futbol Malti, u finalment dwar il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba.

Segwi l-intervista sħiħa hawnhekk.

Mark Camilleri huwa assistent kap ta’ skola tal-istat u kittieb ta’ rumanzi polizjeski u xogħol għat-tfal. Ippubblika tliet rumanzi fis-sensiela marbuta mal-Ispettur Victor Gallo: Prima Facie (2010), Volens (2013) u Nex (2016). Is-sena l-oħra nieda l-ewwel ktieb tiegħu għat-tfal, Mill-Istorja tal-Futbol Malti. Camilleri għandu wkoll xogħlijiet qosra oħra f’antoloġiji li jintużaw fl-iskejjel. Fl-2014 beda blogg tal-Ispettur Gallo.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.