Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Marlene Saliba

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marlene Saliba.

Mal-poeta tkellimna fost l-oħrajn dwar kif bdiet tiżviluppa n-nebħa għall-poeżija sa minn tfulitha, il-metafiżika u t-tiswir tal-ideat fix-xogħlijiet tagħha, il-faxxinu tal-poeta lejn it-tempji megalitiċi, it-tagħlim tal-letteratura Ingliża, u oqsma oħra li ddedikat parti minn ħajjitha għalihom, bħal riċerka dwar l-irwol tal-prattiċi meditattivi għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja.

Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk.

Marlene Saliba hija awtriċi ta’ numru ta’ ġabriet ta’ poeżija bil-Malti u bl-Ingliż. Għallmet il-lingwa u l-letteratura Ingliża fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela u l-Università ta’ Malta, u ħadmet bħala riċerkatriċi fl-Istitut għall-Istudji dwar il-Paċi u l-Kunflitt fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fl-Università ta’ Malta. Kitbiet minn tagħha dwar il-letteratura u l-edukazzjoni għall-kisba tal-paċi ġew ippubblikati f’diversi rivisti u ġurnali.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.