Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Narcy Calamatta u Iggy Fenech

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Narcy Calamatta u Iggy Fenech.

Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ġeneru tal-fares tal-Commedia  dell’Arte li huwa s-suġġet tal-ktieb tiegħu Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Kollezzjoni t’Erba’ Fares tal-Commedia dell’Arte finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tad-drama. Imxejna lejn l-istorja tal-Commedia fl-irħula medjevali Taljani, figuri bħal Dario Fo u Giorgio Strehler, u l-kumpanija ŻARARTI, fost l-oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħaw hawnhekk.

Narcy Calamatta huwa wieħed mill-atturi Maltin li l-iżjed ilhom jaħdmu fuq il-palk. Ħadem bħala direttur, kommedjografu u xenografu fit-teatru u t-televixin. Ilu għexieren ta’ snin jaħdem fl-industrija taċ-ċinema internazzjonali kif ukoll fil-ġurnaliżmu, u kienet tiegħu l-inizjattiva fl-2007 biex ħeġġeġ lil sħabu biex jerġa’ jitqajjem interess fil-Commedia dell’Arte f’Malta. Calamatta huwa wkoll magħruf għal numru ta’ karattri li interpreta fil-kultura popolari Maltija. Illum Calamatta qed jikteb testi għall-films bil-ħsieb li għad jiġu prodotti għas-suq internazzjonali.

Iggy Fenech beda l-karriera tiegħu fil-kitba għaxar snin ilu b’artiklu wieħed li deher f’The Malta Independent. Minn dak iż-żmien ’l hawn Iggy ma waqafx jikteb. Bħalissa huwa l-editur tal-aktar rivista popolari f ’Malta bl-Ingliż, is-Sunday Circle. Apparti dan, hu jikteb ukoll artikli dwar il-kultura u l-politika għal Newsbook.com.mt, fejn fihom jagħtil-fehma tiegħu dwar kwistjonijiet kurrenti.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.