
F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Depasuale dwar il-ħidma tagħha b’risq il-kuntatt kulturali bejn Malta u Franza, kif ukoll dwar il-kitbiet tagħha, partikularment dawk dwar il-Kavallieri u l-ħajja f’Malta fis-Seklu 18.
Fost l-oħrajn, Prof. Depasquale tkellmet dwar xi jfissru l-Kavallieri għal Malta llum, il-paċi dejjiema, u l-unur li rebħet mill-Istat Franċiż.
Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.
Prof. Carmen Depasquale hija eks-Kap tad-Dipartiment tal-FranÄ‹iż fl-Università ta’ Malta. L-oqsma ta’ studju li jinteressawha huma xogħlijiet ta’ kavallieri FranÄ‹iżi f’Malta fis-Seklu 18, letteratura FranÄ‹iża dwar il-vjaġġi f’Malta, u kittieba FranÄ‹iżi ta’ oriÄ¡ini Maltija.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.