Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Prof. Carmen Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Xi Qrajt dan l-Aħħar, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Sammut dwar il-kitbiet tagħha li jikkonċernaw il-mara u l-vot.

Isma’ din l-intervista minn hawnhekk, u fost l-oħrajn tkun taf kif taħsibha Prof. Sammut dwar il-proposta tal-kwoti għan-nisa fil-Parlament Malti, il-femminiżmu f’Agatha Barbara u Mabel Strickland, l-istorja tal-vot lill-mara f’Malta, u l-partiġjaniżmu fil-midja.

Prof. Carmen Sammut kitbet diversi kotba dwar il-mara u s-sehem tagħha fil-politika. Hija kittieba prolifika u l-Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta. Bħalissa qed tiċċerja l-kumitat konsultattiv dwar ir-riforma fil-liġijiet fil-Parlament. L-interess tagħha hu fil-midja u l-kultura minn perspettivi femministi.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.