Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Ramona Depares

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ramona Depares.

Mal-mistiedna tkellimna dwar l-ewwel ktieb tagħha Beltin, li huwa ġabra ta’ anedotti dwar it-tfulija tagħha fil-Belt. Staqsejnieha dwar kif dil-komunità pinġietha fil-ktieb, il-mixja narrattiva mal-umanità tal-karattri u l-element poeprożajku tal-kitba, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

L-aqwa ħaġa li Ramona Depares tgħallmet fil-kors tal-liġi kienet kemm tobgħod tkun avukat. U kemm kien għadu ma nħoloqx croissant li ma tħobbx. Tħobb l-inbid tajjeb, il-polka dots, konverżazzjonijiet frivoli dwar il-croissants u l-klieb b’widnejhom imdendlin. Meta ma tkunx okkupata b’dawn it-tliet affarijiet (spiss it-tlieta li huma f’daqqa), x’aktarx issibha taqra. Jew anki sempliċement tħares, kuntenta, lejn il-kotba u kif jaqgħu l-paġni tagħhom.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.