Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Raymond C. Grech

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Raymond C. Grech.

Mal-mistieden tkellimna dwar l-intertestwalità bibblika fiż-żewġ ġabriet tiegħu Qasab Iċaqċaq u ‘ il barra mill-prIŻMI, ir-relazzjoni mad-divin u l-kelma poetika tiegħu, l-għeluq fil-poeżiji tiegħu mifhuma bħala djarju tar-ruħ, ix-xebh bejn il-poeżija u l-Bibbja, il-lessiku qadim karatteristika f’ħafna mix-xogħlijiet, u kif iħares il-poeta lejn l-impatt tal-ideoloġija fil-ħsieb uman.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Raymond C. Grech beda jikteb il-poeżija u l-proża bil-Malti u bl-Ingliż minn ta’ età żgħira. Għallem suġġetti relatati mat-teknoloġija u l-informatika. Il-kitbiet tiegħu dehru f’rivisti u ġurnali lokali u barranin, u ipproduċa programmi tar-radju dwar il-letteratura. Rebaħ premji letterarji varji tal-poeżija. Huwa midħla tal-eseġeżi bibblika li tnebbaħ il-kitbiet tiegħu.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.