F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’ Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simone Inguanez.

Mal-mistiedna tkellimna dwar il-vuċi tal-poeta u kif tmexxi lill-qarrej, in-nuqqas ta’ skema fil-mużikalità tax-xogħlijiet tagħha b’kuntrast mal-iskematiċità formali, sehem l-immaġni fit-tifsil ta’ poeżija u l-influwenza tagħha fuq l-emozzjonijiet espressi, ir-relazzjoni bejn il-‘mara’ u t-‘tifla’ f’waħda mill-ġabriet poetiċi, u oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Simone Inguanez hija poeta, traduttriċi u konsulent għall-istrateġija kulturali. Hija l-awtriċi ta’ Water, fire, earth and I Ftit mara, ftit tifla u koawtur fl-ktieb 7 poets, 4 days, 1 book. Ix-xogħol tagħha ġie ppubblikat f’diversi antoloġiji u onlajn, u ġiet tradotta fl-Għarbi, fl-Ingliż, il-Finlandiż, il-Franċiż, l-Ungeriż, it-Taljan, ir-Russu, it-Tork u l-Latvjan.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article