F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Tyrone Grima.

Mal-kittieb tkellimna dwar it-temi soċjali li jixirfu fil-kitbiet tiegħu, primarjament il-faqar u l-omosesswalità fis-soċjetà Maltija, kif għaqqad ix-xogħol tiegħu mal-arti tad-drama, u punti aktar speċifiċi dwar il-pubblikazzjonijiet tiegħu.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Tyrone Grima huwa Head of Care Osanna Pia u Dar Mamma Margerita. Huwa direttur tat-teatru u kittieb. Kiteb ‘Bep’ u riċentament kiteb u pproduċa d-dramm ‘Zayden’, li jittratta l-faqar, speċifikament meta n-nies jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article