F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Walid Nabhan.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-letteratura bħala mezz biex awtur isir parti mill-istorja ta’ pajjiż, in-natura reċiproka tal-kitba ta’ Nabhan, is-sens t’appartenenza u anku l-ħtieġa tal-ħarba fil-poeżija tiegħu, il-kuntest soċjali, politiku u kulturali tal-letteratura, u x-xogħol ta’ Nabhan fit-traduzzjoni tal-poeta nazzjonali Malti, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Walid Nabhan huwa kittieb u traduttur Malti ta’ oriġini Palestinjana u Ġordaniża. Studja x-xjenza bijomedika fl-Università ta’ Bristol u ġab il-Maġisteru fid-Drittijiet tal-Bniedem mill-Università ta’ Malta. Nabhan ippubblika żewġ ġabriet ta’ stejjer qosra bil-Malti, żewġ rumanzi u ġabra ta’ poeżija. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bir-rumanz L-Eżodu taċ-Ċikonji u aktar tard il-Premju għal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article