
Dawn huma żminijiet straordinarji u ħafna minna qegħdin inqattgħu l-maġġorparti tal-ħin id-dar. Iżda anke jekk qed tevita l-ħwienet, tista’ tixtri l-kotba ta’ awturi u pubblikaturi Maltin online.
Hawnhekk ġbarna informazzjoni dwar is-siti ta’ pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba f’Malta minn fejn tistgħu tordnaw il-kotba kollha li tixtiequ, minn rumanzi sa kotba ta’ riċerka, poeżiji, kotba għat-tfal u ħafna aktar.
Żuru s-siti tagħhom biex tkunu tafu aktar dwar offerti speċjali jew kif se jwassluhomlok id-dar.
Ħudu ħsieb tagħkom infuskom u ta’ madwarkom – #oqgħodġewwa u #aqraktieb
AVC Publishers
Audio Visual Centre huwa l-fornitur ewlieni f’Malta ta’ prodotti għall-edukazzjoni. Il-portafoll tal-prodotti tagħna jinkludi kotba, apparat awdjoviżiv, soluzzjonijiet għal software interattivi u għamara ta’ kwalità għal skejjel, akkademji, kulleġġi u universitajiet.
T +356 21330886 | E [email protected] merlinlibrary.com
BDL Publishing u OCTAVO
BDL Publishing jispeċjalizza f’kotba ta’ kwalità li jvarjaw minn letteratura fittizja għat-tfal għal kotba prestiġjużi tal-Melitensja. Octavo hija pjattaforma tal-qari diġitali li ġiet żviluppata biex televa l-esperjenza tal-qari.
T +356 2138 0351 | E [email protected] [email protected] bdlbooks.com
ĊAK
Ċak huma pubblikaturi ta’ kotba reliġjużi u bi ftehim mal-Konferenza Episkopali Maltija u mal-Libreria Editrice Vaticana
riċentament saret il-pubblikatur uffiċjali tad-dokumenti l-aktar importanti tal-Knisja u tal-Papiet.
T +356 2149 8343 | E [email protected] ruhmalta.com
Deer Publications
Deer Publications tispeċjalizza f’kotba għat-tfal u għall-kbar b’temi reliġjużi u tradizzjonali. Il-pubblikazzjoni ewlenija tagħha hija ‘Ilwien Il-Festi Maltin’, enċiklopedija fotografika tal-festi tradizzjonali Maltin.
T +356 9938 5496 / +356 7905 8691 | E [email protected] bdlbooks.com/publisher/deer-publications
EDE Books
Ede Books jispeċjalizzaw fil-pubblikazzjoni ta’ kotba tal-arti – fosthom kotba viżivi, rikki fil-kontenut u li jiffukaw fuq arkitettura, fotografija, disinn u l-kultura urbana.
T +356 2133 4224 / +356 7982 7522 | E [email protected] edebooks.eu
Faraxa Publishing
Faraxa, imnedija fl-2011, tipproduċi pubblikazzjonijiet professjonali b’enfasi fuq traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet letterarji internazzjonali u ġeneri varjati oħra.
T +356 9982 0157 | E [email protected] faraxapublishing.com
Horizons
Horizons hi waħda mid-djar tal-kotba ewlenin f’Malta u matul is-snin rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb f’għadd ta’ kategoriji. Ippubblikat numru ta’ awturi stabbiliti, kif ukoll introduċiet numru ta’ awturi żgħażagħ u promettenti.
T +356 2144 1604 | E [email protected] horizons.com.mt
Infinity Books Ltd.
Infinity Books twaqqfet fl-2018 u tippubblika kotba Kristjani, ta’ riċerka, rumanzi, kotba tat-tfal, u komiks ta’ awturi Maltin u barranin, u kotba klassiċi tal-letteratura Ingliża u Taljana.
T +356 99532366 | E [email protected] infinitybooksmalta.com
Kite Group
Kite Group sar sinonimu ma’ kontenut ta’ kwalità għolja bi preżentazzjoni eċċellenti, fosthom bijografiji, kotba dwar l-arti u l-kultura, arkitettura, storja, kotba akkademiċi, rumanzi u kotba għat-tfal.
T +356 9993 2592 | E [email protected] kitegroup.com.mt
Malta Online Bookshop
Dan huwa ħanut tal-kotba onlajn li jbigħ tipi differenti ta’ kotba bil-Malti u bl-Ingliż. Jispeċjalizza wkoll f’kotba antiki tal-Melitensia.
E [email protected] maltaonlinebookshop.com
Merlin Publishers
Merlin huma l-pubblikaturi ta’ lista estensiva ta’ letteratura Maltija, u tax-xogħlijiet ta’ parti l-kbira tal-awturi stabbiliti Maltin, kif ukoll dejjem tilqa’ u tagħti l-opportunità lill-awturi emerġenti.
T +356 2124 6472 | E [email protected] merlinpublishers.com
Midsea Books u Klabb Kotba Maltin
Matul dawn l-aħħar 45 sena, Midsea Books u Klabb Kotba Malta saru sinonimi ma’ kotba ta’ kwalità bil-Malti jew dwar Malta. Bosta mill-kotba ppubblikati huma rebbieħa jew finalisti ta’ premjijiet letterarji, kemm Malta, kif ukoll barra.
T +356 2149 7046 / +356 2123 9039 | E [email protected] midseabooks.com
Milan Haluska
Milan Haluska jirrappreżenta żewġ djar tal-pubblikazzjoni mir-Repubblika Ċeka, Meander u Albatros Media, li jispeċjalizzaw f’kotba għat-tfal minn 3 sa 12-il sena bl-Ingliż.
T +356 99346247 | E [email protected]
Agenda Bookshop (Miller Publishers)
Miller jirrappreżentaw numru kbir ta’ pubblikaturi barranin kif ukoll pubblikaturi lokali, f’kull qasam ta’ pubblikazzjoni, minn kotba għat-tfal għal kotba tal-Università.
T +356 21 66 4488 | E [email protected] www.agendabookshop.com
SKS Publishers
SKS hija speċjalizzata f’numru żgħir ta’ ġeneri ta’ kitba li, għalkemm ftit, ifissru ħafna, bħal-letteratura, it-teorija politika, l-istorja tad-demokrazija liberali, affarijiet kurrenti, bijografiji, u l-kultura.
T +356 2124 9900 | E [email protected] bdlbooks.com/publisher/sensiela-kotba-socjalisti
Wise Owl Publications
Wise Owl Publications hija dar tal-pubblikazzjoni indipendenti rebbieħa ta’ bosta premjijiet. Il-pubbblikazzjonjiet tagħhom jinkludu kollezzjoni kbira ta’ kotba bil-kulur għal tfal ta’ kull età, kotba dwar l-istorja Maltija, il-kultura u l-folklor, l-istorja Naturali, rumanzi, kotba dwar is-saħħa, kotba tar-riċetti u kotba ta’ ħidma.
T +356 21453303 | E [email protected] wiseowlmalta.com