
‘X’Aħna Smart!’ – attivita’ organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru, fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana.
Stephen Lughermo, il-kittieb ta’ ‘X’Aħna Smart!’ (Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2014 mtella mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenżija Żgħażagħ) ġie intervistat minn Maria Pia Gauci u qara wkoll xi siltiet minn din l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu. Il-grupp ta’ żgħażagħ lokali WaterWings daqqew xi siltiet akustiċi mir-repertorju tagħhom u l-pubblikaturi ta’ ‘X’Aħna Smart!’, Horizons ramaw bil-ktieb għall-bejgħ.