Camilla_006_1.172.1

Konkors Letterarju ta’ Films Qosra tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Biex tniżżel kopja tal-Kriterji 2019 agħfas hawn: Kriterij 2019

Biex tniżżel kopja tal-Formola tal-Applikazzjoni 2019 agħfas hawn: Applikazzjoni 2019

 

Dan il-konkors huwa miftuħ għal timijiet li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn 15 u 20 minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll pjan tal-proġett li jinkludi rendikont finanzjarju.

Il-proposta magħżula tirċievi €20,000 bħala finanzjament mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), li tinkludi spejjeż ta’ loġistika u dawl. Il-KNK se jalloka wkoll għotja ta’ €1,000 lill-awtur tan-novella oriġinali bħala kumpens għall-użu tal-istorja tiegħu.

Ir-rebbieħ tal-konkors jiġi deċiż minn bord ta’ aġġudikazzjoni kompost minn ġurija maħtura mill-KNK. Matul il-perjodu tal-produzzjoni, it-tim irid iżomm kuntatt mal-KNK biex ikun żgurat li l-proġett qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-kriterji u r-regoli tal-applikazzjoni.

 

Ir-Rekwiżiti Minimi:

  • L-iscreenplay irid ikun għal film qasir ta’ bejn 15 u 20 minuta.
  • L-applikant irid jirrappreżenta tim li diġà għandu esperjenza ta’ kif jagħmel film.
  • L-iscreenplay irid ikun adattament ta’ novella Maltija ppubblikata fi ktieb.
  • L-iscreenplay irid ikun bil-Malti.

 

Applika billi tibgħat 4 kopji tal-iscreenplay u l-pjan tal-proġett lil Michael Mercieca sat-30 ta’ Marzu 2019 f’dan l-indirizz: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. J. Mangion, il-Furjana FRN 1800.