Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Gattaldo dwar il-ġabra ta’ novelli ta’ Pierre J. Mejlak, Qed Nistenniek Nieżla max-Xita (Merlin Publishers, 2009). Baldacchino u Gattaldo jiddiskutu l-imħabba, id-diżillużjoni, id-destin u l-logħba bil-memorja li Mejlak juża f’din il-ġabra, u jagħlqu l-programm b’diskussjoni fuq il-ktieb ta’ illustrazzjonijiet Il-Ġurnalista.

Gattaldo studja l-Belle Arti fl-Accademia di Belle Arti f’Firenze. Ħadem bħala Direttur tal-Arti fir-reklamar u l-fotografija madwar l-Ewropa u bħalissa jgħix Londra. Gattaldo huwa wkoll awtur u illustratur tal-kotba għat-tfal, u ġie ppubblikat fir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Il-verżjoni bil-Malti tal-ktieb tiegħu Fearless, The Story of Daphne Caruana Galizia, ġie ppubblikat minn Midsea Books f’Malta taħt l-isem Il-Ġurnalista.

Kotba diskussi f’dan l-episodju:
Pierre J. Mejlak, Qed Nistenniek Nieżla max-Xita (Merlin Publishers, 2009)
Gattaldo (trad.), Immanuel Mifsud, Il-Ġurnalista (Klabb Kotba Maltin, 2022)

Mużika:
Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’
https://michaelazzopardi.xyz/ 

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/.


Share Article