Minn nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Ġunju, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) se jniedi t-tieni serje tal-kampanja Read. Learn. Repeat.

Din is-serje tikkonsisti f’trailers ta’ kotba rebbieħa, u intervisti ma’ awturi u pubblikaturi bħala rebbieħa ta’ wħud mill-premji tal-istess premju.

Kull ġimgħa se jixxandar trailer ta’ ktieb, li waqt li jiċċelebra l-kotba, l-awturi u l-pubblikaturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022, iressaq lill-pubbliku lejn id-dinja tal-kotba.

Dawn it-trailers se jittellgħu fuq il-kanali tal-midja soċjali tal-KNK u huma parti minn kampanja ta’ qari.


Share Article