NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Ċelel bla ħitan - Stephen Lughermo

Ċelel Bla Ħitan

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Novelli’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Iċ-ċelel mhumiex l-istess. L-għeluq huwa wieħed. Ambjentati f’postijiet klawstrofobiċi, in-novelli ta’ din il-ġabra jlaqqgħuna ma’ karattri mill-ħajja ta’ kuljum…
… minn missier mifni bil-piż tas-separazzjoni għal xebba tissielet mat-tektik intern tal-arloġġ f’ġisimha; minn żagħżugħ mgħakkes bil-falliment tal-imħabba għal xwejjaħ mixtieq għall-ħelsien tal-imgħoddi; minn raġel f’salib it-toroq bejn passat u futur għal kaxxiera mitlufa fil-monotonija tal-awtostrada; il-lista tkompli.

Pubblikatur
Horizon

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Stephen Lughermo

Awtur: Stephen Lughermo

Stephen Lughermo twieled u trabba Ħal Tarxien. Fl-2015 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu X’Aħna Smart, li bih rebaħ il-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ. Sentejn wara rebaħ il-Premju Terramaxka bir-rumanz Jarmuk. Huwa wkoll awtur ta’ kotba għat-tfal. F’Diċembru 2021 rebaħ il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti bl-ewwel ġabra ta’ novelli bl-isem ta’ Ċelel bla Ħitan.
NBP FINALISTS 1080x1080px MLT