Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir jippreżenta l-websajt, li ġiet iddisinjata mill-ġdid u tnediet illum, bħala parti minn proġett ta’ rebranding. Il-karatteristiċi ġodda fuq il-websajt se jippermettu aċċess aktar faċli lill-utenti, flimkien ma’ konnessjonijiet diretti għall-paġna tagħna fuq Facebook.

Il-pubbliku huwa mistieden biex iżur il-websajt fuq www.ktieb.org.mt u b’mod partikolari sabiex jaqra l-aħħar aħbarijiet fuq il-ħafna attivitajiet li jmiss. Utenti ta’ Facebook huma mfakkra li meta jsegwu l-paġna tagħna se jirċievu l-aġġornamenti u l-aħbarijiet kollha dwar l-attivitajiet li jitħejjew mill-Kunsill direttament fuq in-News Feed tagħhom fuq Facebook.


Share Article