Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għall-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, se ssir fl-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’Belt-is-Sebħ, il-Furjana, nhar is-Sibt 24 ta’ Frar fl-10:30 ta’ filgħodu. Preżenti ser ikun hemm Miriam Teuma, is-CEO tal-Aġenzija Żgħażagħ, flimkien mal-kap eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. Matul iċ-ċerimonja se jitħabbru l-ismijiet tar-rebbieħa tal-kompetizzjoni. Wieħed minn total ta’ 3 manuskritti sottomessi ġie magħżul bħala r-rebbieħ minn bord indipendenti ta’ aġġudikazzjoni.

Ir-rebbieħ se jirċievi trofew u ċertifikat biex jikkommemora l-avveniment flimkien ma’ premju finanzjarju ta’ 1000 euro. Sussegwentement, ir-rebbieħ se jiġi mitlub jiffirma kuntratt sabiex jingħata fondi għall-pubblikazzjoni tal-maunskritt ma’ pubblikatur lokali. Minbarra li jitħabbar ir-rebbieħ tal-edizzjoni tal-2017, l-avveniment se jinkludi wkoll konferenza stampa li fiha se tiġi mħabbra s-sejħa għall-edizzjoni l-ġdida tal-Konkors.

Matul iċ-ċerimonja se jinqraw siltiet mil-manuskritt rebbieħ.


Share Article