Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-istaff tal-Librerija Pubblika Ċentrali laqa’ bi ħġaru grupp ta’ tfal  mill-Aġenzija Appoġġ (Servizz fil-Komunita’ tal-Qawra) għal attivita ta’ qari ta’ stejjer fil-Junior Section tal-Librerija Pubblika Ċentrali. Wara il-qari, t-tfal kellhom sessjoni Q&A ma’ l-awtur Charles Casha kif wkoll iffirmar tal-kotba. Kotba kemm bl-Ingliż kif wkoll bil-Malti ġew mogħtijal lil kull tifel u tifla bħala rigal għal żmien il-Milied u fl-aħħar nett  tħallew liberi biex jesploraw il-librerija u jieħdu lura magħhom id-dar applikazzjoni għas-sħubija biex jimlewha flimkien mal-ġenituri u jibdew jisselfu kotba huma wkoll.

 

Nisperaw li nibdew nilqgħu aktar u aktar qarrejja żgħar tul l-2015!

10885526_10152915135402456_1657599694292962160_n 10885430_10152915135787456_328589207014618251_n 10858473_10152915135957456_2921674122296256857_n 10675550_10152915135687456_615012673691366973_n 1455856_10152915135542456_4622101112324651603_n


Share Article