Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015:

Manuel Xuereb u Federico Chini ta’ 2 Doors Media bil-film qasir Dar ir-Rummien – addattament tal-istorja bl-istess isem tal-kittieb Pierre J. Meilak mill-ġabra ta’ novelli Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid.

Il-bord tal-aġġudikazzjoni kien magħmul minn: Prof. Gloria Lauri Lucente, Prof. Mario Cassar u Sur Rueben Zammit f’isem il-PBS. Il-ġbid tal-film ser isir tul dan is-sajf u jintwera għall-ewwel darba uffiċjalment nhar is- 7 ta’ Novembru 2015 bħala parti mill-Programm ta’ Avvenimenti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2015.

 .


Share Article