F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Aleks Farrugia.

Mal-mistieden tkellimna dwar it-tendenzi soċjali fir-rumanz Grasshopper, għaliex l-awtur iġġustifika l-kitba tar-rumanz imsemmi bl-Ingliż meta qal li hi l-aħjar għodda biex biha taqbad iz-zeitgeist ta’ żminijietna, l-idea tat-telf tal-profondità u l-iskejjel tal-Frankfurt School u anke Guy Debord, il-ġurnaliżmu u l-letteratura, l-akbar influwenzi tal-awtur li jgħid li huma mużikali, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk.

Aleks Farrugia għandu xogħlijiet letterarji, teatrali u storiċi ppubblikati f’Malta, l-Italja u r-Repubblika Ċeka. Jgħallem it-Teorija Kritika l-Università ta’ Malta, u ħadem fil-ġurnaliżmu meta kien ukoll editur ta’ gazzetta ewlenija f’Malta. L-ewwel rumanz tiegħu bl-Ingliż, Grasshopper, ġie ppubblikat fl-2016. 

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article