F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Alfred Buttigieg.

Mal-mistieden tkellimna dwar it-tematiċi differenti f’xogħlu, l-avangardiżmu ta’ Ateatru fit-tmeninijiet, l-influwenza ta’ drammaturgi bħal Samuel Beckett u Harold Pinter, l-esperjenza taċ-ċensura, il-kuntest storiku tad-dramm Ir-Rewwixta tal-Qassisin, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Alfred Buttigieg twieled fl-1956, u beda jippubblika fil-bidu tat-tmeninijiet. Kien kofundatur tal-grupp avangardista Ateatru, li twaqqaf fl-1981, u bejn l-2003 u l-2008 ifforma parti mill-kumitat ta’ ġestjoni tat-Teatru Manoel. Wara li ħareġ ħrafa għall-kbar Gezzu fl-1984, ippubblika l-ktejjeb ta’ riflessjonijiet minn perspettiva ta’ tarbija, Dik il-Qtajra, li kien ġie ċċensurat. Fl-1986 ittella’ d-dramm tiegħu Ir-Rewwixta tal-Qassisin, li kien qajjem diskussjoni minħabba l-isfond politiku ta’ Malta. Wara kważi 20 sena bdew jittellgħu drammi ġodda minn tiegħu, fosthom Ippermettili nitlaqDwar Menopawsi, Minorenni u Muturi high speed, u aktar riċentament Mela hawn xi manikomju?.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article