Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Bernice Magro u Matthew Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Bernice Magro u Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’ħidma mal-Għaqda tal-Malti – Università.

Isma’ din l-intervista sħiħa, u sir af dwar l-attivitajiet varji li tħejjew għall-festival ta’ dis-sena, festival imżewwaq b’diskussjonijiet, preżentazzjonijiet u tnedijiet ta’ kotba, intervisti, qari animat, mixjiet iggwidati u kwiżżijiet.

Bernice Magro hi s-Segretarja tal-Għaqda tal-Malti – Università, u bħalissa qed tagħmel Maġisteru biex issir għalliema. Matthew Borg jaħdem mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, u huwa attivist mal-Alleanza Kontra l-Faqar u voluntier mal-Caritas.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.