F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Charles Buttigieg.

Mal-mistieden ħarisna lejn il-bosta kotba tiegħu, fosthom il-ktieb Philip Calleja: Għex għall-bniedem maqlugħ minn għeruqu li huwa finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020, Ir-Refuġjati f’Ħajti li jiddokumenta l-esperjenza tul ħajtu mar-refuġjati f’għamla ta’ awtobijografija, iż-żewġ bijografiji li kiteb dwar Monsinjur Ġużeppi Mercieca u r-rumanz Michael.

Fost l-oħrajn tkellimna dwar il-metafora tal-għeruq u l-art imwiegħda li jidhru fil-pubblikazzjoni tiegħu, l-esperjenza ħajja mar-refuġjati f’Malta, spunti storiċi mill-ħatra ta’ Monsinjur Mercieca bħala Arċisqof ta’ Malta u l-predeċessur tiegħu Monsinjur Mikiel Gonzi, u dwar ix-xogħol fittizju tiegħu.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Charles Buttigieg ħadem mal-gazzetta ‘Il-Ħaddiem’, li mbagħad saret ‘Il-Ħajja’, biex imbagħad sar l-editur tagħha. Fost l-oħrajn, Buttigieg kien l-ewwel Kummissarju għar-Refuġjati f’Malta, u dam f’dil-kariga mill-2001 sal-2007. Illum jagħmel xi xogħol għall-midja.


Share Article