Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Charles Casha

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Charles Casha.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-letteratura għat-tfal u l-karattru ta’ Fra Miudest, post id-didattiċiżmu u l-moralità fil-letteratura, l-udjenza bħala tfal, il-ġeneru konfessjonali fil-kitba għall-kbar, u r-relazzjoni tal-awtur mal-kritika letterarja, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Charles Casha huwa kittieb prolifiku li beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Matul karriera ta’ ‘l fuq minn 50 sena ppubblika numru kbir ta’ xogħlijiet li jinkludu rumanzi, novelli għat-tfal u l-adulti, drammi u poeżiji, kif ukoll kotba ta’ tagħlim. Fl-1967 ħoloq lil Fra Mudest, karattru meqjus ikoniku fil-letteratura Maltija. Huwa rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u fl-2012 irċieva l-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika b’rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’risq il-letteratura Maltija. Fl-2013 ippubblika l-awtobijografija tiegħu Jien ukoll għandi storja xi ngħid.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.