F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ David Aloisio.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-kanoni fil-letteratura Maltija, it-tradizzjoni kritika letterarja f’Malta, it-test taż-żmien għal xogħol letterarju, id-Diploma fil-Letteratura Maltija, x’jista’ jfittex il-qarrej barrani fix-xogħlijiet Maltin tradotti, u l-grupp ‘Ħsieb Ħieles’ li jmexxi.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

David Aloisio huwa lettur anzjan tal-lingwa u l-Letteratura Maltija fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela Junior College. Bħalissa qed jagħmel id-Dottorat l-Università ta’ Malta bl-isem ta’ “Id-djalettika tal-kanonku; il-kuntest letterarju Malti. Ħa sehem f’konferenzi, kiteb papers u ppubblika kotba relatati mat-tagħlim tal-Letteratura Maltija. Fl-2015 rebaħ il-Premju Terramaxka bil-ktieb satiriku Only in Ħal Biżarr.


Share Article