F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Denis Darmanin u George Cassar.

Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ktieb tagħhom Buttons Parade, Military and civilian uniform buttons in Malta –18th to 21st century li huwa finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tar-riċerka bijografika u storjogafika. Staqsejniehom dwar il-post tal-buttuni storiċi fl-Istorja ta’ Malta, il-mod kif inhu mqassam il-ktieb u l-vantaġġ għall-qarrej, l-irwol differenti taż-żewġ awturi fil-ktieb, it-tpinġijiet li wieħed isib, l-informazzjoni soċjali, kulturali, ekonomika u industrijali fil-ktieb u t-triq ‘il quddiem fid-diżinn, il-prestiġju, il-kunċett u l-użu tal-buttuna f’Malta, fost oħrajn,

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Denis Darmanin huwa kollezzjonist, riċerkatur, awtur u storiku militari. George Cassar huwa Professur tal-Patrimonju Kulturali fl-Università ta’ Malta. Denis Darmanin huwa kollezzjonist, riċerkatur, awtur u storiku militari.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article