F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Doriette Grech.

Mal-mistiedna tkellimna primarjament dwar il-ktieb tagħha The Mighty Creatures Lost Their Crown. Iddiskutejna l-psikoloġija edukattiva, ir-riżorsi li intużaw biex dal-proġett seta’ jseħħ, ir-rikonoxximent li ngħata l-ktieb mill-International School Psychology Association (ISPA), u b’liema grad se jintlaqtu l-istudenti u min jista’ jintlaqat l-aktar bl-għeluq tal-iskejjel minħabba l-imxija COVID-19, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Doriette Grech hija gradwata fil-psikoloġija u ilha tipprattika l-psikoloġija edukattiva. Fl-aħħar xhur kitbet ktejjeb għat-tfal li ġie magħżul u ppubblikat mill-International School Psychology Association (ISPA) bil-għan li jgħin lill-ġenituri jibdew konverżazzjoni mat-tfal żgħar dwar il-pandemija COVID-19. The Mighty Creatures Lost Their Crown u jista’ jitniżżel mis-sit tal-International School Psychology Association (ISPA).

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article