F’dan l-episodju minn ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Joan Abela.

Fl-intervista se tisma’ dwar il-konservazzjoni tal-kotba u d-dedikazzjoni li għandha l-mistiedna lejn din il-professjoni, dwar il-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-Arkivji Notarili, u dwar il-pubblikazzjonijiet ta’ Dr. Joan.

“Jekk ma jkollniex id-dokumenti ma nistgħux niktbu l-istorja, nistgħu biss nivvintaw”.

Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk.

Dr. Joan Abela hija konsulent storiku fuq proġett ta’ rijabilitazzjoni tal-Arkivji Notarili. Fl-2014 il-Kummissjoni Ingliża għall-Istorja Marittima tat lil Dr. Joan premju għall-aqwa teżi tad-dottorat dwar l-istorja marittima. L-interessi tar-riċerka tagħha jiffukaw primarjament fuq Malta tas-seklu 16, b’referenza partikulari għall-attivitajiet tal-port u sorsi primarji legali.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article