F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Lillian Sciberras, li għadha kif rebħet il-Premju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba.

Dr. Sciberras kienet waħda mill-ewwel librara professjonali f’Malta, u mal-preżentatriċi tkellmet dwar x’jiġifieri tkun librar professjonali, l-iżvilupp tal-libreriji f’Malta, u dwar l-isfidi u l-vantaġġi li toffri t-teknoloġija lil-librara u l-libreriji tal-lum, fost l-oħrajn.

Iżda mhux biss. Dr. Sciberras tkellmet dwar il-kitba letterarja tagħha, li tinvolvi rumanzi u poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article