Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Ivan Said

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ivan Said.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-ktieb tiegħu Mikiel Anton Vassalli – it-Traduttur… li jiffoka fuq MAV bħala traduttur. Staqsejnieh dwar x’tip ta’ traduttur kien MAV, x’kotba qaleb u għaliex għażel li jaqlibhom, il-motivazzjonijiet politiċi għal dawn it-traduzzjonijiet, kif ukoll dwar tradutturi oħra bħal Giuseppe Canolo u Ninu Cremona, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Ivan Said ilu jaħdem mill-2005 bħala traduttur mal-Kummissjoni Ewropea (KE), u jikkontribwixxi fil-ġurnal ‘l-aċċent’ li hu ġurnal semiakkademiku maħruġ mid-Dipartiment tal-Malti fid-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-KE fil-Lussemburgu. Dwar Vassalli ppubblika wkoll il-karta ‘Xebh u kuntrasti bejn Mikiel Anton Vassalli u Paulo Freire.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.