F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joe Debattista.

Mal-mistieden tkellimna dwar l-istorja tal-librerija ċentrali u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, id-diversi inizjattivi li żviluppaw tul is-snin, x’jiġri minn wara l-kwinti tal-KNK biex il-Kunsill jopera kif sippost, u l-irwol tiegħu fl-industrija tal-ktieb, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk.

Joe Debattista huwa s-Segretarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Debattista huwa professjonista u librar, u ilu jaħdem fil-kotba prattikament ħajtu kollha. Kien wieħed minn tal-ewwel studenti li studjaw il-professjoni ta’ librar minn Dr. Lillian Sciberras. Oriġinarjament kien għalliem, u wara li ggradwa bħala librar beda jaħdem il-Librerija Pubblika Ċentrali ta’ Belt is-Sebħ. Meta twaqqaf il-KNK fl-2001 Debattista sar segretarju tiegħu.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article