Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Joe Pace

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Joe Pace.

Mal-mistieden tkellimna dwar elementi li huma kontroversjali biss fil-wiċċ fir-rumanz Papa Aħmed, il-figura tal-Papa fi produzzjonijiet varji fl-aħħar snin barra minn Malta, u l-influwenza tal-professjoni medika fil-kitba tiegħu, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Joe Pace twieled il-Furjana, trabba Ħal Qormi, studja Birkirkara, iżżewweġ darbtejn u għex San Ġwann, Ħaż-Żebbuġ, Buġibba, il-Fgura u Ħal Għaxaq. Tabib, għaddas, attur, skijatur, vjaġġatur u futboler. Kiteb ir-rumanzi It-Tielet Teorija u Suq Għax Dalam u riċentement Papa Aħmed.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.