Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: John Spiteri Gingell

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ John Spiteri Gingell.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-ġabra ta’ kitbiet tiegħu Ħal Maqtugħ u stejjer oħra, li huwa finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 fil-kategorija tan-novelli. Staqsejnieh dwar il-lehma politika u soċjali tal-istejjer u dwar post il-politika fil-letteratura lokali, u s-sit www.ilmiklem.com li ħoloq u jamministra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Nota: L-opinjonijiet espressi f’din l-intervista huma dawk tal-awtur u mhuwiex implikat li jirriflettu l-opinjonijiet jew il-pożizzjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew l-istaff tiegħu.

John Spiteri Gingell ilu jaħdem fil-qasam tal-informatika għal dawn l-aħħar 30 sena, u jamministra s-sit www.ilmiklem.com, riżorsa dwar l-ilsien Malti fuq l-internet.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.