F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Jonathan Balzan dwar il-poeżiji tiegħu miġbura fi tliet ġabriet tul medda ta’ snin.

Il-mistieden tkellem dwar diversi aspetti tal-poetika tiegħu, fosthom ir-relazzjoni bejn l-att personali tal-kitba u l-kuntatt soċjali, kif żviluppa poetikament bosta snin ta’ kitba, il-kapitaliżmu u l-konsumeriżmu u kif affettwah f’xi poeżiji, u temi oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Jonathan Balzan għandu 46 sena, studja s-Seminarju u kiseb diploma fil-Youth Studies mill-Università ta’ Malta. Rebaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija, tal-Għaqda Poeti Maltin, fl-2003. Fl-2013 ippubblika l-ewwel ġabra ta’ poeżiji, li għamlitha mal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Poeżiji tiegħu dehru f’diversi antoloġiji u kotba ta’ kritika dwar il-poeti kontemporanji. Balzan kiseb diversi suċċessi fil-qasam tal-ġiri, kemm Malta kif ukoll barra, u ta’ dan kien ġie mogħti l-Premju Onorifiċenza mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Dilettant tal-presepji u s-safar.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article