Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Josette Attard (l-ewwel parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Joette Attard.

Mal-mistiedna tkellimna dwar ix-xogħol artistiku tagħha, jiġifieri l-ħajku u t-traduzzjonijiet letterarji. Fit-tieni parti nitkellmu dwar ix-xogħol akkademiku tagħha, jiġifieri l-estetika letterarja.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Josette Attard li hija lettur anzjan tal-Estetika Letterarja fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti fl-Univrsità ta’ Malta. Ir-riċerka tagħha tiffoka fuq l-estetika artistika b’mod speċjali dik letterarja, il-filosofija tal-letteratura, it-teorija letterarja, il-kritika u l-letteratura Maltija. Hija wkoll awtriċi ta’ għadd ta’ kotba u doversi studji kritiċi u estetiċi.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.