F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Karmenu Mallia.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-lingwa tal-Esperanto li tagħha huwa espert u għalliem u dwar xogħlijiet Maltin importanti li qaleb f’dan l-ilsien, l-aħħar ktieb ta’ poeżiji tiegħu Is-Sinfonija tad-90, ir-rumanzi storiċi tiegħu, l-awtobijografija Mit-tieqa tal-Għorfa (ġrajjieti). Finalment, fl-età sabiħa ta’ 90 sena, Karmenu tkellimna miegħu dwar kif iħares lura lejn il-ħajja kemm bħala kittieb iżda anki bħala bniedem.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Karmenu Mallia huwa onorat bit-titlu ta’ Cavaliere di Sicilia. Qalilna li għalkemm huwa kavallier iż-żiemel ma riedx jiġilu Malta.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article