F’dan l-episodju ta’ ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Marco Cremona, li għadu kif rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Kategorija tar-Riċerka Bijografika u Storjografika bil-ktieb ‘Sal-Quċċata tal-Everest’, li kiteb ma’ Glen Calleja.

Marco tkellem dwar l-esperjenza tiegħu li jixxabbat mal-ogħla muntanja tad-dinja, x’inhu dak il-“misteru” li kiser, il-proċess li wasslu biex jiddeċiedi li jagħmel biċċa xogħol, u t-traġitt kollu bl-isfidi li ġab miegħu.

Il-mistieden tkellem ukoll dwar kif inkiteb il-ktieb, li fih rakkonti wkoll mill-bqija ta’ ħajjet l-awtur.

Finalment, Marco spjega x’jiġifieri għalih li rebaħ premju tant prestiġġjuz bħala kittieb, anki meta jammetti li rebaħ kemm-il darba premji oħra relatati mal-qasam professjonali tiegħu.

Marco Cremona huwa espert fit-teknoloġiji tal-ilma.

Segwi aktar minn din l-intervista hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article