F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara kompliet titkellem ma’ Paul P. Borg f’din it-tieni parti tal-intervista mill-ġimgħa l-oħra.

Komplejna bl-intervista nitkellmu dwar ix-xogħol etnografiku tal-mistieden, dwar persuni li ltaqa’ magħhom huwa u jiddokumentahom, dak li tgħallem mingħand Maltin xjuħ li ż-żmien nesa, u r-riflessjonijiet tiegħu dwar in-natura tal-bhejjem u dik tal-bniedem, fost oħrajn.

Isma’ t-tieni u l-aħħar parti tal-intervista minn hawnhekk.

Paul P. Borg twieled Ħal Balzan fl-1949. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Università ta’ Malta, fl-Italja, u fil-Ġermanja fl-Inġinerija Industrijali. Huwa kittieb prolifiku ta’ diversi artikli, rakkonti u pubblikazzjonijiet b’temi ambjentali, folkloristiċi u storiċi, fosthom ir-rumanzi Dallejl ġie Alla (1986), il-Kmandament Numru Ħdax (2016), il-ġabriet ta’ novelli Beżgħat (1986) u Demgħat (2002), u aktar riċentament il-bijografija ta’ Carmel Attard (2014), u l-ġabra ta’ poeżiji Eternità (2015).

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article