F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Paul P. Borg.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-kitbiet tiegħu relatati mal-ambjent, iċ-ċentralità tad-destin bħala karattru ieħor fir-rumanzi u n-novelli tiegħu, it-turment tal-ħsieb bħala qagħda essenzjali fil-karattri, u dwar il-mistoqsijiet ewlenin li ffurmawlu l-qafas għal-letteratura tiegħu tul is-snin, fost oħrajn.

Segwi din l-ewwel parti tal-intervista minn hawnhekk.

Paul P. Borg twieled Ħal Balzan fl-1949. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Università ta’ Malta, fl-Italja, u fil-Ġermanja fl-Inġinerija Industrijali. Huwa kittieb prolifiku ta’ diversi artikli, rakkonti u pubblikazzjonijiet b’temi ambjentali, folkloristiċi u storiċi, fosthom ir-rumanzi Dallejl ġie Alla (1986), il-Kmandament Numru Ħdax (2016), il-ġabriet ta’ novelli Beżgħat (1986) u Demgħat (2002), u aktar riċentament il-bijografija ta’ Carmel Attard (2014), u l-ġabra ta’ poeżiji Eternità (2015).

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

 

 


Share Article