Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Pauline Dingli

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Pauline Dingli.

Mal-mistiedna tkellimna dwar il-ktieb tagħha Salt Pans in Malta, finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieha dwar l-ewwel proġetti ta’ tħaffir ta’ salini fuq skala notevoli, l-akbar proġett ta’ salini f’Malta f’Burmarrad, ir-restawr tas-salini, il-produzzjoni industrijali tal-melħ, u dwar il-produzzjoni tal-garum – prodott tal-ikel, tip ta’ zalza tal-ħut, popolari fit-territorji Rumani u Feniċi.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Pauline Dingli gradwat mill-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, u ilha taħdem fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għal dawn l-aħħar 20 sena. Kitbet Rabat: Discover Treasures, Mystic Legends, Culture and Folklore, Discover Rabat, Mdina And Exceptional Outskirts Salt Pans in Malta.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.