F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet mal-Professur Arnold Cassola.

Ma’ Cassola tkellimna dwar il-karriera politika tiegħu, it-temi li jikkaratterizzaw id-diversi kotba akkademiċi li kiteb dwar personaġġi Maltin li għexu barra minn Malta, u t-testi akkademiċi relatati mal-Letteratura Maltija.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Il-Professur Arnold Cassola huwa għalliem u politikant, u studja u għallem f’diversi universitajiet. Kofundatur tal-Alternattiva Demokratika, li twaqqaf fl-1998. Huwa kittieb prolifiku, u dis-sena qed jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bħala kandidat indipendenti.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article