F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Carmen Depasuale dwar il-ħidma tagħha b’risq il-kuntatt kulturali bejn Malta u Franza, kif ukoll dwar il-kitbiet tagħha, partikularment dawk dwar il-Kavallieri u l-ħajja f’Malta fis-Seklu 18.

Fost l-oħrajn, Prof. Depasquale tkellmet dwar xi jfissru l-Kavallieri għal Malta llum, il-paċi dejjiema, u l-unur li rebħet mill-Istat Franċiż.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Prof. Carmen Depasquale hija eks-Kap tad-Dipartiment tal-Franċiż fl-Università ta’ Malta. L-oqsma ta’ studju li jinteressawha huma xogħlijiet ta’ kavallieri Franċiżi f’Malta fis-Seklu 18, letteratura Franċiża dwar il-vjaġġi f’Malta, u kittieba Franċiżi ta’ oriġini Maltija.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article