Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Salv Sammut

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Salv Sammut.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-portafoll vast tal-kittieb, in-natura lingwistika tal-poeżija u r-realtà tal-ħajja, l-involviment emozzjonali, it-trejdjunjoniżmu u r-razziżmu, fost suġġetti oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa minn hawnhekk.

Salv Sammut huwa kittieb u trejdjunjonista attiv. Fil-kitbiet tiegħu hemm element qawwi ta’ osservazzjoni dettaljata li biha jħares b’mod nostalġiku l-ħolqien ta’ madwaru u l-effetti tal-imġiba kumplessa tal-bniedem. Il-ħidma fit-trejdjunjin għenitu biex jagħraf jixtarr u juri fil-fond il-qagħda soċjali bit-tajjeb u l-ħażin tagħha. Jista’ jitqies b’mod simboliku l-ġurnalista solitarju tas-soċjetà ta’ żmienu.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.