F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Therese Pace dwar il-poeżija tagħha tul is-snin.

Ara x’kellha xi tgħid il-mistiedna dwar l-aċċessibbiltà tal-poeżija lil kulħadd, il-multilingwiżmu poetiku, l-element matern fix-xogħlijiet tagħha, u kif tkun qed tipproġetta li tasal għand il-qarrej meta tikteb.

Segwi l-intervista sħiħa minn hawnhekk.

Therese Pace hija awtriċi u poeta ta’ diversi xogħlijiet miktubin f’ilsna differenti. Fosthom erba’ ġabriet ta’ poeżija: Arpeġġi li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2004, Meta tkellimni hi (2011), Sfumature (2009), u l-aktar wieħed reċenti In Her Element (2014).  Xogħolha deher ukoll f’għadd ta’ antoloġiji Maltin u barranin u hija rebbieħa ta’ diversi konkorsi letterarji. Therese ppubblikat ukoll numru ta’ kotba edukattivi għat-tfal fosthom is-set Naqraw u Nirrimaw, miktubin b’taħlita ta’ proża u poeżija.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article