Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, issa fit-8 edizzjoni tiegħu, inħoloq bil-għan li tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti u sabiex il-kwalità ta’ kotba ta’ dan il-ġeneru fis-suq lokali tilħaq livell għoli. Il-Konkors iservi ukoll ta’ pjattaforma għal kittieba emerġenti – fost ir-rebbieħa tal-konkors tnejn  ingħataw il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti fi ħdan il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Leanne Ellul fl-2016 u Roberta Bajada fl-2017.

Hawn taħt tidher il-lista tar-rebbieħa kollha tal-premju mill-2013 sal-2016. L-edizzjoni tal-2017 intrebħet minn Josianne Blokk bil-manuskritt tagħha 360 degrees, li għadu ma ġiex ippubblikat.

Dawk kollha interessati li jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena huma mfakkra li d-data ta’ skadenza għas-sottomissjonijiet hija s-7 ta’ Settembru 2018. Għal aktar informazzjoni dwar il-konkors u l-proċess tal-applikazzjoni segwi din il-ħolqa.

 

YearTitleAuthorPublisher
2013-2014X'aħna smartStephen LughermoHorizons Communications
GrammaLeanne EllulMerlin Publishers Ltd
2015Termini U Kundizzjonijiet JapplikawRoberta BajadaMerlin Publishers Ltd
Kulur tal-lelluxRita SalibaBook Distributors Ltd
2016(Ri)ġenerazzjoniAntoinette BorgMerlin Publishers Ltd
StessiMatthew SchembriMerlin Publishers Ltd

 


Share Article