Home / Back to Winners Dupless 10th February, 2025 Mindu tlaqt Berlin ma fadal xejn minnek,Pa, ħlief aċċent fuq ilsien strangier. Nammetti, ilek ilsien strangier, Kbir wisq biex joqgħod fil-wisa’ ta’ ħalqi. Irġiel mingħajr kunjom jitħanxlu f’ħalqi—Dal-ġnien pubbliku f’satra ta’ lejl. F’ġonna pubbliċi fis-sakra tal-lejl, Blajt irġiel mejta għal tħaddina. Naf iħirsa mejta għal tħaddinaBħalma dellek jagħti ‘l-qabar missierek. Meta rajtek togħrok qabar missierek Sirt naf kif taf tħobb—f’skiet imbaskat. Ma nafx qattx se nħobbu das-skiet imbaskat,Anke jekk ma jifdalx ħliefu minnek. SHARE POST