Home / Novels for Youth Literary Contest
The Novels for Youth Literary Contest is an annual contest organised by the National Book Council and Aġenzija Żgħażagħ.
The aim of this contest is to select, reward and publish Maltese novels that are written specifically for readers between 13 and 18 years, and that explore themes related to adolescence and the typical situations young people in this stage of their lives are likely to encounter.
The contest is judged anonymously by three adjudicators appointed by the NBC and Aġenzija Żgħażagħ.
Eligible applicants may be individuals or groups of individuals of at least 20 years of age. For the application to be considered eligible, the submitted manuscript must have never been previously published in whole or in part.
Applicants are encouraged to read the guidelines carefully before applying. Please have all the mandatory documents ready for uploading prior to starting the application process.
Applications are to be submitted online through the button “APPLY NOW” on your right. You need to create an account with Submittable to be able to submit your application. Once you fill in the application form and submit all the requested documents, you will receive a notification of receipt via email.
In case of any difficulty at application stage, kindly call our offices on +356 27131574 or send an email to matthew.borg@ktieb.org.mt
The Novels for Youth Literary Contest is receiving submissions from 22 January till 5 September 2025 at noon
The author of the winning manuscript receives:
Author: Kirstin Spiteri
Dan il-manuskritt għadu ma ġiex ippubblikat
Dwar l-awtur / About the author
Taʼ 12-il sena, issottometta l- ewwel xogħol taʼ letteratura tiegħu dwar l-estinzjoni tad- dinosawri fir-rivista Sagħtar, u din ġiet ippubblikata.
Rebaħ il-Kategorija Żgħażagħ-Adulti tal-London Book Festival 2017 bl-ewwel rumanz tiegħu, The Wave (2016). Kiteb tliet rumanzi oħra; Far From Home (2017), In the Land of Marigolds (2019) u Perfettament Imperfetta (2021).
At age 12, he submitted his first ever work of literature about the extinction of dinosaurs, to a monthly school magazine named Sagħtar, and it was published.
He won the Young-Adult Category of the 2017 London Book Festival with his first novel, The Wave (2016). He has written three other novels; Far From Home (2017), In the Land of Marigolds (2019) and Perfettament Imperfetta (2021).
Author: Leanne Ellul
Dwar l-awtriċi / About the author
Leanne Ellul hija poeta u rumanziera Maltija li rċeviet diversi rikonoxximenti għax-xogħol tagħha . Ir-rumanz tad-debutt tagħha, Gramma (2014), joffri esplorazzjoni tal-isfidi tal-adolexxenti u rebaħ il-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2014. Leanne reġgħet rebħet l-istess konkors fl-2023 bil-manuskritt 'Be;n il-Kmiem'. Fl-2016, Ellul ippubblikat l-ewwel ġabra ta’ poeżija tagħha, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, u li bih kompliet tistabbilixxi l-vuċi tagħha fil-letteratura Maltija. Bħala drammaturgu, ġiet rikonoxxuta mal-Premju Francis Ebejer, u t-tpoġġija tad-dramm tagħha Ma Rridx Immur li ittella fit-Teatru Manoel.
Ellul kitbet u ttraduċiet ukoll bosta xogħlijiet ta’ finzjoni u materjal edukattiv għall-qarrejja iżgħar. Il-kitbiet tagħha dehru f’diversi pjattaformi, ġurnali u antoloġiji online.
Leanne Ellul is a Maltese poet and novelist who has received several recognitions for her work. Her debut novel, Gramma (2014), offers an exploration of adolescent challenges and won the 2014 Novels for Youth Literary Contest. Leanne won the same contest again in 2023 with the manuscript 'Be;n il-Kmiem'. In 2016, Ellul published her first poetry collection, L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla, and with which she continued to establish her voice in Maltese literature. As a playwright, she was recognized with the Francis Ebejer Prize, and the staging of her play I Don't Want to Go was staged at the Manoel Theatre.
Ellul has also written and translated many works of fiction and educational material for younger readers. Her writings have appeared in various online platforms, journals and anthologies.
Author: Lon Kirkop
Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2021
Iva, f’Jules għoġobni dak kollu li jien m’għandix. F’Jules għoġobni kollox għax jien m’għandi xejn.
Lil Manda, id-dinja reali ħaditilha kollox filwaqt li d-dinja diġitali tatha lil Julia, Jules.
Manda u Julia, żewġ tfajliet ta’ tlettax-il sena li jgħixu fuq naħat differenti tal-iscreen. Waħda quddiemu taqsam il-ħajja perfetta li għandha mad-dinja kollha, u l-oħra warajh tikkonsma l-istess dinja li hi m’għandhiex.
Kulħadd jaħsibha li qed tipprova tkun bħal Jules …
Imma mhux vera, jien ma nixtieqx inkun bħal Jules. Jien nixtieq inkun Jules. Nixtieq li kulħadd flok isejjaħli Manda, jibda jsejjaħli Julia, Jules jew b’mitt elf isem ieħor.
Lon Kirkop huwa artist u printmaker Malti, imma l-forma t’arti favorita tiegħu hi l-kitba. Huwa wkoll involut fit-teatru u jaħtaf kull opportunità li jidderiġi d-drammi tiegħu stess. Meta ma jkunx qed joħloq xi biċċa arti jew jikteb, lil Lon issibu jaqra, jara l-videos fuq YouTube u jiddiskuti l-ideat tiegħu miegħu nnifsu fuq tazza jew tnejn inbid aħmar.
Lon Kirkop is a Maltese artist and printmaker, but his favorite art form is writing. He is also involved in theater and seizes every opportunity to direct his own plays. When he is not creating a piece of art or writing, Lon can be found reading, watching videos on YouTube and discussing his ideas with himself over a glass or two of red wine.
Author: Mark Calleja
Ippubblikat minn BDL Publishing fl-2019
Karma Red hi l-istorja ta’ Jade, tfajla ta’ erbatax-il sena, żeffiena u mimlija enerġija. Ir-rumanz jibda fl-aħħar tas-sajf, fil-bitħa tan-nanna, fejn naraw lil Jade u lill-kuġin tagħha Jamie jiktbu diski ġodda u jirrekordjawhom kif jafu huma. Iżda Jade kellha interessi oħra li ħadu post il-bitħa tannanna. Kellha date ma’ student Taljan, Mattia, li flimkien ma’ ħabibu Luke jintroduċiha ma’ post sigriet jismu Zeus – teatru abbandunat fejn kienu jiltaqgħu Luke u l-klikka tiegħu.
Is-sitwazzjoni fid-dar ta’ Jade bdiet tħallilha ċertu vojt. Missierha daħħal is-sieħba l-ġdida tiegħu Natalie d-dar, filwaqt li ommha kien ser ikollha tarbija minn raġel ieħor. Il-vojt imlietu billi bdiet tiffrekwenta Zeus. Iżda minn ħolma romantika, Jade sabet ruħha f’avventuri ta’ riskji li qatt qabel ma kienet misset magħhom.
Bejn Natalie u Jade tinħoloq relazzjoni speċjali, li tgħinhom jaraw il-ħajja minn lenti differenti mibnija fuq il-kuraġġ u l-imħabba.
Karma Red jirrifletti l-effetti tal-għażliet tagħna (karma) u l-mod ta’ kif inħarsu lejhom. Jade għażlet li tħares lejhom b’kulur aħmar, sinonimu mal-kuraġġ, rieda u l-imħabba. Għaldaqstant Karma Red.
Mark Calleja huwa l-koordinatur tas-servizzi ta‘ sapport psikoloġiku fi ħdan il-Karl Vella Foundation u l-awtur ta’ tliett rumanzi għall-qarrejja żgħażagħ. Fl-2018 rebaħ il-Konkors Letterarju Kitba għaż-Żgħażagħ tal-KNK bil-manuskritt Karma Red, ippubblikat ftit xhur wara minn BDL. L-aħħar ktieb tiegħu dwar l-isfidi personali u psikoloġiċi tal-protagonist żagħżugħ jismu Gabriel: L-aħħar nota (BDL, 2019).
Mark Calleja is the coordinator of psychological support services within the Karl Vella Foundation and the author of three novels for young readers. In 2018 he won the Novels for Youth Literary Contest with the manuscript Karma Red, published a few months later by BDL. His latest book about the personal and psychological challenges of the young protagonist named Gabriel: L-aħħar nota (BDL, 2019).
Author: Josianne Block
Ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin fl-2020
Din hi storja ta’ Claire Consuela Ebejer. U ta’ Jon Martin Hawkes.
Żewġ min-nies minn żewġ dinjiet differenti: Claire tfajla Maltija ta’ 15, Jon ġuvni Ingliż ta’ 28.
Ħajjithom tinbidel meta darba, flok il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Jon jirċievi ittra b’bolla Maltija.
Ittra li ssir tnejn, li jsiru tlieta, li jsiru erbgħa…
Din hija l-istorja ta’ ħbiberija bejn tfajla Maltija u ġuvni Ingliż.
Ħbiberija li nibtet bl-iktar mod stramb…
Josianne Block hija kittieba żagħżugħa li rebħet il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ fl-2017. Minbarra l-Malti għandha għal qalbha l-Ingliż u t-Taljan, u bħalissa tgħallem l-Ingliż fi skola sekondarja. Fil-kitba tagħha spiss titkellem fuq is-safar u l-adolexxenza. Tesperimenta bi stil innovattivi, u minbarra l-proża tikteb ukoll il-poeżija.
Josianne Block is a young writer who won the Novels for Youth Literary Contest in 2017. In addition to Maltese, she loves English and Italian, and currently teaches English in a secondary school. In her writing she often talks about childhood and adolescence. She experiments with an innovative style, and in addition to prose she also writes poetry.
Author: Matthew Schembri
Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2018
X’tagħmel li kieku bħala rigal taqla’ kamera tar-ritratti vjola? Mhux tipprova tixgħelha, hux! Orrajt, tajjeb. Imma, tipprova kemm tipprova, l-iskrin jibqa’ ċappa waħda sewda. Wara li tixħitha qalb l-imbarazz biex tipprova tinsieha, titfaċċalek waħedha fil-basket tal-iskola. U wara ftit ġranet issib tliet stessi mixħutin fl-art ta’ kamartek li taħlef li ma tkunx ħadthom inti. Imma stessi isimhom magħhom — bilfors li inti tkun ħadthom. Imbagħad il-kamera tibda—
Żomm … s’hawnhekk biss qed iħalluni ngħid.
Matthew Schembri huwa artist u kittieb ibbażat f’Malta. Kiseb Maġisteru fl-Arti Diġitali (MFA) fl-2017 u d-Diploma fil-Letteratura Maltija fl-2020. Meta wieħed iħares lejn il-portafoll letterarju u artistiku tiegħu, jinnota li mill-2015 sa issa Schembri ma qatax mill-ħidma tiegħu, u ta’ dan kien ippremjat bosta drabi. Fil-fatt l-ewwel premju li rebaħ mill-KNK kien il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ fl-2016, meta ppreżenta l-manuskritt tiegħu Stessi, li mbagħad kien ippubblikat minn Merlin Publishers.
Schembri ppubblika żewġ kotba, Stessi – rumanz fantaxjentifiku mmirat għal żgħażagħ ta’ bejn il-11 u t-13-il sena, u li jmiss temi bħall-mard, ir-relazzjonijiet, u n-narċissiżmu, u Ħassartek – ġabra ta’ poeżiji li ssawret mit-tħassir ta’ kliem minn paġni tar-rumanz Stessi.
Matthew Schembri is an artist and writer based in Malta. He obtained a Master's in Digital Arts (MFA) in 2017 and a Diploma in Maltese Literature in 2020. When one looks at his literary and artistic portfolio, he notes that from 2015 until now Schembri has not given up on his work, and for this he has been awarded several times. In fact the first prize he won from the NBC was the Novels for Youth Literary Contest in 2016, when he presented his manuscript Stessi, which was then published by Merlin Publishers.
Schembri has published two books, Stessi – a science fiction novel aimed at young people between 11 and 13 years old, and which touches on themes such as illness, relationships, and narcissism, and Ħassartek – a collection of poems formed by erasing words from the pages of the Stessi novel.
Author: Antoinette Borg
Il-Ġimgħa filgħaxija. Sitt teenagers. Tfajla bil-mutur. Inċident. Żewġ pulizija. U wiżgħa.
Imma żgur kien inċident? Andrea għandha d-dubji tagħha. Tiddeċiedi li tinvestiga ftit, u tiskopri ħafna. Xi ħadd minn sħabha għandu x’jaħbi, u jaf iktar milli qed jgħid dwar l-inċident …
Sadanittant, l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin …
Int kieku x’tagħżel, Truth or Dare?
Fl-2015 Antoinette Borg ipparkjat karriera ta’ 20 sena fil-qasam finanzjarju biex tipprova twettaq il-ħolma ta’ tfulitha li tikteb ktieb. Is-sena ta’ wara ppubblikat l-ewwel rumanz tagħha, u f’dawn l-aħħar disa’ snin kitbet u ttraduċiet bosta kotba għat-tfal, żgħażagħ u adulti. Fl-2018 intgħażlet bħala l-Aqwa Awtur Emerġenti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Fost ix-xogħlijiet ta’ Antoinette hemm tliet rumanzi oriġinali għaż-żgħażagħ – Fittixni u Amina, li t-tnejn li huma rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tagħhom, u (Ri)ġenerazzjoni, li rebaħ il-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ. Dan l-aħħar Antoinette ppubblikat it-traduzzjoni tagħha għall-Malti ta’ La Forma dell’Acqua, l-ewwel rumanz fis-serje tal-Ispettur Montalbano ta’ Andrea Camilleri.
Antoinette tħobb ħafna l-ilsien Malti u taffaxxina ruħha b’diversi aspetti tal-ħajja umana, fosthom it-tfulija u l-vjaġġ tagħna lil hinn minnha, l-identità, il-maternità, ir-rakkuntar tal-istejjer u l-kreattività.
In 2015 Antoinette Borg parked a career of 20 years in the financial field to try to fulfill her childhood dream of writing a book. The following year she published her first novel, and in the last nine years she has written and translated many books for children, young people and adults. In 2018 she was chosen as the Best Emerging Author by the National Book Council.
Among Antoinette's works are three original novels for young people - Fittixni and Amina, both of which won the National Book Prize in their category, and (Ri)ġenerazzjoni, which won the Novels for Youth Literary Contest. Antoinette has recently published her translation into Maltese of La Forma dell'Acqua, the first novel in Andrea Camilleri's Inspector Montalbano series.
Antoinette loves the Maltese language and is fascinated by various aspects of human life, including childhood and our journey beyond it, identity, motherhood, storytelling and creativity.
Author: Rita Saliba
Ippubblikat minn BDL Publishing fl-2016
Kieku setgħet, Amber kienet terġa’ tistħajjel triq kollha fjuri tal-lellux. Kienet logħba bejnha u bejn il-mamà biex jaħarbu ftit mill-ħamba tal-fletts fejn kienu joqogħdu. Dakinhar li l-mamà qatgħet l-aħħar petala, Amber fehmet li żmien il-logħob kien spiċċa u li issa kienet għalkollox waħedha.
Amber ma setgħetx tibqa’ toqgħod ma’ Rose tal-flett ta’ taħthom. Meta bdiet tgħix mal-familja taz-ziju Patrick xtaqet terġa’ taħrab lejn dik l-għalqa tal-lellux. Minflok, l-istħajjil ilaqqagħha ma’ Elizabeth li tkun għaddejja minn esperjenza simili… iżda xi snin qabel!
Rita Saliba tikteb għat-tfal, għall-adolexxenti u għall-kbar. Rebħet il-Konkors Nazzjonali ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ u l-adolexxenti tliet darbiet bir-rumanzi tagħha Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) u Il-Kulur tal-Lellux fil-konkors imniedi fl-2015. Fl-2014 ittraduċiet mit-Taljan żewġ rumanzi għall-adolexxenti Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel u Il-Misteru tal-Labirint. L-ewwel rumanz tagħha għall-adulti huwa O.B.E. (2019). Minn Wara l-Ħġieġ (2022) hija ġabra ta’ poeżiji tal-awtriċi. Ħarġet tliet ġabriet ta’ mikrostejjer – Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati oħra (2018), MittKelma (2020) u Tbajja’ tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-Dell (2022), Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Fost il-pubblikazzjonijiet ta’ Saliba nsibu tliet addattamenti ta’ rumanzi klassiċi għat-tfal tal-ewwel snin tas-sekondarja.
Rita Saliba writes for children, teenagers and adults. She won the Novels for Youth Literary Contest three times with her novels Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) and Il-Kulur tal-Lellux in the contest launched in 2015. In 2014 she translated from Italian two novels for teenagers Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel and Il-Misteru tal-Labirint. Her first novel for adults is O.B.E. (2019). Minn Wara l-Ħġieġ (2022) is a collection of poems by the author. She has released three collections of microstories - Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati oħra (2018), MittKelma (2020) u Tbajja’ tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-Dell (2022), Winner of the National Book Prize. Among Saliba's publications we find three adaptations of classic novels for children in the first years of secondary school.
Author: Roberta Bajada
Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2017
Ruħ Gonsalvo Borg Buttigieg kienet fuq tarġa numru 77,777 tal-Ġenna, tistenna u titbaqbaq ma’ dak li kien qed isejjaħ lilu nnifsu “Il-Gwardjan tal-Bibien Imqaddsa”. Imma fuq l-għatba kien se jibqa’.
Iż-żagħżugħ, liebes suit bajda, u li ma kien jixbah xejn lil San Pietru bl-imfietaħ, qallu: “Ir-raġġiera m’intix se teħodha għalissa, għax sejjer lura fid-dinja mnejn ġejt. Unfinished business, Gonsalvo. Każijiet hekk dejjem jintbagħtu lura …”
Gonsalvo ħa nifs ’il ġewwa u beda nieżel is-77,777 tarġa lura lejn id-dinja tal-ħajjin, did-darba bħala ruħ inviżibbli. U l-missjoni tiegħu kienet ċara: jiskopri min kien qatlu, u għaliex. Imnejn se jibda? Iż-żagħżugħ tas-suit bajda tah punt tat-tluq: isib lil Miki Borg, tifel ta’ għaxar snin.
Hu biss seta’ jgħinu jakkwista r-raġġiera.
Bajada taħdem biex bil-kitba tagħha tilħaq firxa wiesgħa ta’ adolexxenti. Bħala edukatriċi, tinteraġixxi magħhom kuljum, u għalhekk lil din id-demografija li qiegħda fil-mira tagħha tafha sew. F’kitbitha, taddotta ton leġġer, u tinseġ b’sengħa elementi differenti mill-ġeneri favoriti tagħha, fosthom l-isteampunk, in-narrattivi distopiċi u l-fantasija sewda.
Rumanzi tagħha huma Arloġġ u Tila (Merlin Publishers, 2016), Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw (Merlin Publishers, 2017) u Arlekkin Isfar (Merlin Publishers, 2019).
Bajada works to reach a wide range of teenagers with her writing. As an educator, she interacts with them every day, so she knows this target demographic very well. In her writing, she adopts a light tone, skillfully weaving different elements from her favorite genres, including steampunk, dystopian narratives and black fantasy.
Her novels are Arloġġ u Tila (Merlin Publishers, 2016), Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw (Merlin Publishers, 2017) and Arlekkin Isfar (Merlin Publishers, 2019).
Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2015
“Iċ-ċikkulata, dnub. Anke l-luminata, dnub. Għax id-droga mhux it-trab abjad biss. Ħafna ħin fuq l-internet, dnub. Jekk ma tfittixnix, dnub. Ħafna ħin barra mid-dar, dnub. L-ikel, dnub. L-ikel dnub. Kollox jista’ jkun dnub.”
Analiża għandha erbatax-il sena, u minn tal-inqas erbatas-il kilogramma żejda. Missierha kollu arja u ommha l-iċken kas. Imnalla jidħlu f’ħajjitha Daniel u Pappa. U Markita u n-nanna, ovvjament. Dawk dejjem hemm. Bħalma hu dejjem hemm ix-xaħam. L-ikel favorit t’Analiża l-arja (mhux minn ta’ missierha). Tikolha mal-qiegħ taż-żarbun meta tmur timxi, iktar minn darba kuljum. Li tista’ Analiża, lanqas tixrob, għax l-ilma kapaċi jneffaħ. Jekk tibki, tgħid, tonqos gramma?
Author: Stephen Lughermo
Ippubblikat minn Horizons fl-2015
Sa dakinhar li tfaċċa Robert, Sarah ma kellha kważi ’l ħadd. Mhux ta’ b’xejn li kienet tifnini bix-xogħol u qatt ma titlaqni minn idejha. Iżda issa kien ġie Robert. Issa kien hemm hu maġenbha, isaħħarha għal warajh u jpinġilha xi pittura minn tiegħu. Bih f’ħajjitha, stajt nieħu ftit tan-nifs u noqgħod bi kwieti.
Iżda għarrali bl-ikrah! Minflok serħan, dan Robert ma ġabli xejn ħlief aktar xogħol, stress u inkwiet. U meta sparixxa bla mistenni, sibt ruħi mdaħħal ma’ Sarah f’każ li jinvolvi l-passat ta’ ommha, xi fotografi qarrieqa, u Sqalli li ħalef li jaqsamni f’elf biċċa. Kien wasal il-waqt li nuri li jien tabilħaqq smart.
Fl-2015 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu X’Aħna Smart (Horizons), li bih rebaħ il-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Aġenzija Żgħażagħ. Sentejn wara rebaħ il-Premju Terramaxka bir-rumanz Jarmuk (Horizons). Lughermo huwa wkoll awtur ta’ kotba għat-tfal bħal Ix-Xewqa ta’ Luke (Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Care,2018) u Bis-Sens (Horizons, 2022) miktubin flimkien ma’ Diane Farrugia, u Toni tat-Tritoni (Horizons/Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, 2019).
Fl-2021 ippubblika wkoll l-ewwel ġabra ta’ novelli tiegħu bl-isem ta’ Ċelel bla Ħitan (Horizons, 2021) li jista’ jitqies bħala l-ewwel xogħol tiegħu għal udjenza adulta. F’Diċembru tal-istess sena Lughermo rebaħ il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti mogħti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Is-sena ta’ wara, ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu għall-adulti bl-isem ta’ altMa (Horizons,2023).
In 2015 he published his first novel X’Aħna Smart (Horizons), with which he won the Novels for Youth Literary Contest organized by the National Book Council and the Aġenzija Żgħażagħ. Two years later he won the Terramaxka Prize with the novel Jarmuk (Horizons). Lughermo is also the author of children's books such as Ix-Xewqa ta Luke (National Foster Care Association, 2018) and Bis-Sens (Horizons, 2022) written together with Diane Farrugia, and Toni tat-Tritoni (Horizons/National Literacy Agency, 2019).
In 2021 he also published his first collection of novels called Ċelel bla Ħitan (Horizons, 2021) which can be considered his first work for an adult audience. In December of the same year Lughermo won the Award for Best Emerging Author given by the National Book Council. The following year, he published his first novel for adults called altMa (Horizons, 2023).
Author: Charles Casha
Ippubblikat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fl-2013
Jason isir jaf li ommu qiegħda toħroġ ma’ Cliff, u li wara kollox missieru ma kienx miet b’diżgrazzja fuq ix-xogħol kif dejjem kienu jgħidulu ommu u nanntu. Meta jsir jaf il-verità kollha jinħakem minn rabja kbira u jitfa’ l-ħtija kollha fuq ommu li skont hu kienet ħarbitlu ħajtu.
Jason jibda jinqata’ għalih waħdu u jgħix bil-ħsieb li xi darba jitlaq għal rasu xi mkien fejn ma jafu ħadd. Għaldaqstant iż-żagħżugħ jgħaddi minn għadd ta’ esperjenzi koroh li jibdew iħarbtulu ħajtu – iżda għodwa waħda nanntu tgħidlu xi ħaġa li hu qatt ma kien jaf…
Charles Casha (1943-), kittieb prolifiku li ppubblika għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għall-adulti. Huwa kiteb rumanzi, stejjer qosra, poeżiji u drammi. Fl-1967 Casha ħalaq il-karattru ta’ Fra Mudest li llum sar ikoniku fil-letteratura għat-tfal.
Fl-2013 Casha ppubblika l-awtobijografija tiegħu Jien ukoll għandi storja xi ngħid. Fl-2012 ngħata l-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika" u fl-2023 l-Akkademja tal-Malti onoratu bil-"Midalja tad-Deheb."
Tliet rumanzi u ġabra ta' stejjer qosra nqalbu fl-Ingliż filwaqt li żewġ rumanzi u l-ġabra ta' stejjer inqalbu fl-Albaniż.
Għal Casha l-letteratura hija mod biex jgħin lill-qarrej jifhem aktar l-imġiba tal-bniedem.
Charles Casha (1943-), a prolific writer who has published for children, young people and adults. He wrote novels, short stories, poems and plays. In 1967 Casha created the character of Fra Mudest which today has become iconic in children's literature.
In 2013 Casha published his autobiography Jien ukoll għandi storja xi ngħid. In 2012 he was awarded the Medal for the Service of the Republic" and in 2023 the Maltese Academy honored him with the "Gold Medal."
Three novels and a collection of short stories of his were translated into English while two novels and the collection of stories were translated into Albanian.
For Casha literature is a way to help the reader understand more about human behavior.
Author: Tony C. Cutajar
Stefan kien imdejjaq id-dar. Ommu kienet mitlufa tieħu ħsieb bintha marida, tant li anke l-missier telaq mid-dar. Il-ġuvnott kien ifittex il-ħbieb biex jedha u jinsa, iżda l-ħbieb li kellu ma kinux mill-aħjar, u flimkien daħlu f’ħafna nkwiet. Sakemm darba ltaqgħu ma’ Charles li ħajjarhom jieħdu sehem f’kompetizzjoni sportiva.
Bil-mod il-mod it-tlitt iħbieb ibiddlu ħajjithom, speċjalment meta fiċ-Ċentru ltaqgħu ma’ grupp ieħor ta’ żgħażagħ ħerqana li fejn jistgħu jagħmlu l-ġid. Saħansitra jibdew jgħinu anke lil dawk li kellhom bżonnijiet speċjali. Fl-istess ħin huma jkollhom għadd ta’ esperjenzi u avventuri interessanti, fosthom f’Għawdex u f’Messina.
Tony C. Cutajar huwa wieħed mill-aktar awturi prolifiċi fil-Gżejjer Maltin. Magħruf l-aktar għall-fatt li kiteb aktar minn 100 ktieb bejn finzjoni u mhux, fosthom kotba għat-tfal u kotba tal-iskola.
Tony C. Cutajar is one of the most prolific authors of the Maltese islands. He is best known for over 100 published fiction and nonfiction works, including children’s books and textbooks.
Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2011
Meta Josef iltaqa’ ma’ Thomas ma kienx jaf kif se jġib ruħu. Il-ġilda mkemmxa, ix-xagħar ħafif ħasduh xi ftit. Thomas kien protett wisq minħabba l-marda rari li kellu u li kienet qed tifnieh kull jum li jgħaddi.
Josef ħassha nġusta li lil Thomas ma kinux iħalluh joħroġ “għall-ġid tiegħu”. Dik skuża, egoiżmu tal-kbar biex iserrħu moħħhom. Xtaq jgħin lil Thomas. Il-ħbieb l-oħra ta’ Josef bdew jarawh iġib ruħu stramb. Riedu jsiru jafu b’xi mod x’kien qed jiġrilu, sakemm darba waħda Josef kien qalilhom bil-pjan li ħejja għal Thomas.
Author: Carmel Scicluna
Ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2013
Amira altru li mhijiex it-tifla ta’ 10 snin li tidher.
Moħħ ta’ mara li taf tikkalkula, ma tibżax minn raġel, taf fejn trid tasal u lesta tagħmel kollox biex tasal s’hemm.
Nymphet. Il-gremxula tiegħi. Il-Lolita favorita.
Jien iffissat fuqha, inħobbha bi mħabba tal-ġenn u nixtieqha b’mod miġnun il-ħin kollu.
Minn liema pjaneta waqgħet din it-tifla ħelwa? Tatni prova kemm-il darba li taf tkun mara. Naf ċert li jekk nibqa’ naqdiha mill-koxxa ġġibli realtà l-ħolm u l-fantasiji kollha li għandi fuqha.
Sirt agħar, wisq agħar minn skjav tagħha.
Carmel Scicluna ppubblika sittax-il ktieb: ħames rumanzi, tmien ġabriet ta' stejjer u tliet ġabriet ta' poeżiji: Il-Kalċi qiegħed Ifur, L-Ambjent li Qeridna u Min Jogħdos bla Maskra.
Darbtejn finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tan-novelli (Feruti u Id-Dubbiena u Stejjer Oħra). Rebbieħ tal-Ewwel Premju fil-konkors ta' letteratura għaż-żgħażagħ imtella' mill-KNK/AŻ bil-manuskritt Ossessjoni. Rebbieħ tal-Ewwel Premju fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef bil-poeżija Submersi Filii. Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-poeżija b'L-Ambjent li Qeridna.
Carmel Scicluna has published sixteen books: five novels, eight collections of stories and three collections of poems: Il-Kalċi qiegħed Ifur, L-Ambjent li Qeridna and Min Jogħdos bla Maskra.
Twice finalist for the National Book Prize in the short stories category (Feruti and Id-Dubbiena u Stejjer Oħra). Winner of the First Prize in the Novels for Youth Literary Contest organized by KNK/AŻ with the manuscript Ossessjoni. First Prize Winner in the Doreen Micallef National Poetry Contest with the poem Submersi Filii. Winner of the National Book Prize in the poetry category with L-Ambjent li Qeridna.
Ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin fl-2013
Bella ma kinitx għalkollox komda b’persunitha. Kienet tinħeba ġo flokkijiet wesgħin u l-ġins kienet issibu komdu għal kull okkażjoni. Kultant xtaqet tkun bħal ħabibitha, Jasmine, bl-għadam ta’ ġenbejha mqabbeż ‘l barra jew bħal oħtha Darlene, b’figura ta’ ballerina. Marvin ta’ ħdejhom minn dejjem kien nitfa ta’ tifel. Imma għaliex in-nies jiġġudikawk minn kif tidher aktar milli x’taf tagħmel? U għalfejn dawk ta’ madwarek jibqgħu jinbidlu? Jew jiddettawlek x’għandek tibdel biex tidher aħjar? Sħabek ikollhom ġenn biex jikbru, jew iwarrbuk imbagħad jerġgħu jkellmuk xħin ikun komdu għalihom. Dawk li tkun tħobb tibża’ li jitilqu… In-nanna Bianca se tibqa’ magħha, tirrakkontalha, tinkoraġġiha f’ħolmietha? U Bella kienet lesta li tinbidel? Kienet lesta li tikber?
Author: Emanuel Psaila
Ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin fl-2012
X’għandhom komuni Sandro u Sherese? X’jiġu minnhom Sylvia u Stephen; u kif jidħlu Hailey u Isaac?
Kif qegħdin jippruvaw jegħlbu l-isfidi li tippreżentalhom ħajja li fiha jridu bilfors ibatu l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tal-ġenituri tagħom?
Vera li Sherese ttiegħem l-inbid qares fil-Praċett? U għaliex Sandro l-Griżma jaħsibha tal-morda? X’jiġri sewwasew fil-Barry Pub? Sandro jirnexxilu jmur Għawdex ma’ sħabu tal-każin? U Sherese għaliex trid b’saħħa tmur l-Isplash & Fun?
In-Najxu u l-Pagun min huma? Għalfejn jgħidulhom hekk? Hemm min iqis lill-protagonisti bħala aħwa imma vera li dawn jiffansjaw lil xulxin? Jew forsi qed jinqdew b’xulxin biex iduqu l-ewwel frott tal-imħabba? Vera li t-tnejn li huma mxennqin għas-sess?
Tgħid insiru nafu jekk hux vera li missier Sandro kien jaqlibhielha lil ommu? U l-ispettur għaliex rett daqshekk? Forsi minħabba l-pressjoni tax-xogħol? Jew għax minnu supperv? Għaliex telqitu martu?
Dawn iż-żewġ rappreżentanti tal-adoloxxenti kontemporanji Maltin ikellmukom direttament, bla ħabi u tidwir mal-lewża, f’dan l-ewwel rumanz mill-pinna ta’ Leli.
Emanuel Psaila gradwa mill-Università ta' Malta b'Maġisteru dwar il-letteratura fin-narrattiva ta' Ġużè Ellul Mercer.
Emanuel Psaila graduated from the University of Malta with a Master's degree about literature in the narrative of Ġużè Ellul Mercer.
Author: Ivan Bugeja
Ippubblikat minn Merlin fl-2012
Rumanz ‘young adult’ li jmiss l-esperjenzi tal-ħajja taż-żgħożija tal-lum: minn Paceville, għat-tfajliet, għar-relazzjonijiet – ta’ malajr u mhux -, għall-avvenimenti mhux mistennija li kapaċi, f’weekend wieħed, jibdlulek ħajtek.
Il-Ġimgħa 17.30
Amanda telqitu … Kienu ilhom xahrejn u biċċa flimkien. Minn dakinhar li qaltlu d-“daqshekk” beda jimmarka l-ġranet waħda waħda fuq il-kalendarju. Sakemm isib tfajla oħra.
Is-Sibt 02.00
Dwal, dlam, dwal, dlam, dawl, dlam, dwal tad-disco jduru fid-dlam u jikxfu d-dellijiet ta’ rjus jiżfnu mrassin taħt l-arja kkundizzjonata. Taħbit tal-qalb jirrima mar-ritmu tal-mużika. Isfar, aħmar, oranġjo, vjola. Dlam. Blu, aħdar, roża. Teptip ta’ dawl. Ritmu bl-art tivvibra u l-ispeakers joqomsu mal-mużika li trid tisplodi minnhom, u d-dħaħen jaħbu l-iġsma jiżfnu.
Il-Ħadd
Il-Ħadd. Reġa’ bilqiegħda, iħares lejn il-ponn t’idu, minnha d-demm iqattar fl-art, josserva l-pala tal-id mimlija linji rqaq, jidhru bilkemm, imħaffrin, kważi bla kulur. Hemm linji żgħar imma hemm anki linji twal it-tul ta’ idu. Għajnejh jimxu mal-linji rqaq, jintilfu, jitgerfxu, u jħoss il-linji jdawruh u jaqfluh bħal dubbiena maqbuda m’għanqbuta.
Ivan Bugeja twieled fl-1975. Iħobb il-qari, il-fotografija, il-mużika u l-arti fid-diversi forom tagħhom. Dawn kollha għandhom it-traċċi tagħhom fil-ktieb Ġimgħa, Sibt u Ħadd, ktieb-rebbieħ tal-Konkors Letterarju għal Rumanzi għaż-Żgħażagħ.
Ivan Bugeja was born in 1975. He loves reading, photography, music and art in their various forms. All these have their traces in the book Ġimgħa, Sibt u Ħadd, which won the of the Novels for Youth Literary Contest.